06/23 - 4 ta' Ottubru 2023




Ċirkulari 06/23

Ċirkulari lill-istazzjonijiet tar-radju

 

Xogħol fuq it-Torri tal-Għargħur

 

Kif tafu l-Awtorità ilha għaddejja b’xogħol ta’ manutenzjoni mat-torri għal dawn l-aħħar xhur.  Iżda issa l-manutenzjoni se tibda ssir fuq il-livelli ta’ fuq tat-torri u għaldaqstant l-Awtorità tixtieq tavża li mill-Erbgħa, 11 ta’ Ottubru 2023 sa ma jinħareġ avviż ieħor, u sakemm it-temp jippermetti, se jkun hemm bżonn li tibda tintefa’ l-master antenna u minflokk tintuża l-antenna ta’ riserva b’qawwa ta’ trażmissjoni ridotta. Dan ħa jsir biex l-Awtorità tassigura s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema tagħha.

 

Ix-xogħol mistenni jibda kuljum fit-08:00 u jdum madwar 6/7 sigħat. Għalhekk qed nitolbu l-kooperazzjoni tagħkom biex jibda jkun hemm preżenti l-persuni tekniċi tagħkom fis-sit tal-Għargħur fis-07:30, sabiex isiru l-arranġamenti meħtieġa qabel ma jinqalbu t-trażmissjonijiet fuq l-antenna ta’ riserva, u mbagħad fis-14:30, biex jerġa jinqaleb kollox fuq l-antenna prinċipali.

 

Filwaqt li nirringrazzjawkom tal-kooperazzjoni tagħkom, nitolbukom sabiex tgħarrfu lill-produtturi u lill-preżentaturi tagħkom biex ikunu avżati b’dan u hekk jinfurmaw lis-semmiegħa tagħhom ukoll.

 

Georvin Zammit 
Uffiċjal Tekniku
4 ta’ Ottubru 2023

Ref : 15/61

 

 

 

 

Circular 06/23

Circular to radio stations

 

Work on the Għargħur Transmitting Tower

 

As you know the Authority has been carrying out maintenance work on the tower in these last couple of months. Now that the maintenance will start to be carried out on the very top of the tower, the Authority would like to inform that as from Wednesday, 11th of October 2023 until further notice, weather pemitting, all the transmissions will be switched onto the backup antenna at a reduced transmission power during these works. The Authority will be taking such measure to safeguard the health and safety of its personnel.

 

Work is expected to start everyday at 08:00 and lasts around 6/7 hours. We are therefore requesting your kind cooperation to start having your technical personnel on standby at Għargħur at 07:30 so that the necessary changes can be applied before switching onto the backup antenna, and then at 14:30, to switch everything back onto the master antenna.

 

While thanking you for your cooperation, please inform your producers and presenters who will be notifying their listeners accordingly.

 

Georvin Zammit
Chief Technical Officer
4th of October 2023

Ref : 15/61