103 - Mid Morning Mag - 22 ta’ Mejju, 2020




Akkuża fil-konfront ta’ Mid Morning Mag fuq 103

 li xxandar nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Mejju 2020

 

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ Mid Morning Mag ippreżentat minn Colin Fitz li xxandar nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Mejju 2020 fuq 103. Għall-ħabta tal-11:00 fil-programm ixxandret intervista ma’ Peter Royston, li huwa personal trainer. F’din l-intervista, fost affarijiet oħra, Peter Royston tkellem dwar il-fitness programme tiegħu. Fl-intervista Peter Royston ta wkoll diversi dettalji dwar kif is-semmiegħa jistgħu jagħmlu kuntatt miegħu fosthom il-facebook page (Healthy Life Malta; fejn jiġi provdut il-programm) kif ukoll permezz tal-mobile personali tiegħu li ngħata waqt il-programm. Ta’ min jinnota wkoll li wħud mid-dettalji, partikolarment in-numru tal-mobile u l-facebook page kienu saħanistra tqajmu mill-preżentatur Colin Fitz. 

Peter Royston qal ukoll li parti mill-ħlas ser ikun qed jingħata lil bBrave, li hija NGO Maltija li taħdem kontra l-bullying. Madanakollu, jidher ċar li l-kontenut inkwistjoni jikkostitwixxi reklam għal Peter Royston u l-programm Healthy Life Malta u dan sar bi ksur ta’ Paragrafu 4 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir minħabba li ma kienx hemm distinzjoni bejn il-kontenut editorjali u r-reklamar. 

L-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv, Dr Joanna Spiteri u lil Arthur Caruana bħala station manager ta’ 103.

 L-Awtorità sabet lill-istazzjon 103 ħati b’dan il-ksur, iżda fiċ-ċirkostanzi li din hi l-ewwel darba li dan il-programm irrifaċċja akkużi, l-Awtorità ddeċidiet tagħti twissija biex dan ma jerġax iseħħ.

 

 

 

Illum 20 ta’ Lulju, 2020