11/15 - 02 Apr 2015




Ċirkulari 10/15

Ċirkulari lill-istazzjonijiet kollha tax-xandir

B’referenza għal ċirkulari 2/15 fejn, ai termini ta’ Artiklu 15 tal-Att Dwar ix-Xandir, ntbagħtet id-Direttiva li tkopri x-xandir bejn it-8 ta’ Marzu u l-11 t’April 2015, qed infakkarkom li ma jista’ jsir l-ebda xandir ta’ opinjoni pubblika dwar l-elezzjonijiet mit-Tnejn 6 t’April sal-għeluq tal-votazzjoni, kif spjegat f’paragrafu 6 ta’ din id-Direttiva.

L-Awtorità tagħmel referenza għall-Htigijiet dwar Standards u Prattika tal-2007 dwar id-Diversi Tipi ta’ Stħarriġ tal-Opinjoni Pubblika mxandra fuq is-Servizzi ta’ Radju u Televiżjoni li għandhom dispożizzjonijijet relatati mal-elezzjonijiet u li qed nehmeż kopja tagħhom.

Intant, infakkarkom li skont paragrafu 7 tad-Direttiva maħruġa mill-Awtorità tax-Xandir, l-istazzjonijiet huma obbligati li jibagħtu kopja tal-iskeda tal-programmi tagħhom għall-perjodu ta’ żmien is-skiet u cjoe għall-Ġimgħa 10 u s-Sibt 11 t’April. Tali skeda għandu jkollha d-dettalji, inkluż il-mistiedna li se jkunu qed jipparteċipaw f’tali programmi. Dawn l-iskedi għandhom jaslu għandi sa mhux aktar tard minn nhar it-Tnejn, 6 t’April 2015.

Pierre Cassar
Kap Ezekuttiv 
2 t’April 2015
Ref 1/15/2