[15/17] Final Debate




Rilaxx: Immedjat
Data: 30 ta’ Mejju 2017
PR 15/17

Xandiriet Politiċi – Messaġġi AB, AD, u MPM, u
Dibattitu Finali Prim Ministru u Kap tal-Opposizzjoni


Bħalma hu d-dmir tal-Awtorità tax-Xandir u bħalma jiġri f’kull kampanja elettorali l-Awtorità tellgħet skema ta’ xandiriet politiċi bi tħejjija għall-Elezzjoni Ġenerali ta’ nhar is-Sibt 3 ta’ Ġunju 2017.

Din l-iskema ta’ xandiriet politiċi ser tagħlaq għada l-Erbgħa 31 ta’ Mejju 2017 b’messaġġ finali mill-mexxejja ta’ Alleanza Bidla, Alternattiva Demokratika u l-Moviment Patrijotti Maltin.

Il-messaġġ ser ikun segwit minn dibattitu finali bejn il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Simon Busuttil.

Il-messaġġ u d-dibattitu finali ser jitmexxew mis-Sur Mario Micallef u jixxandru fuq TVM u Radju Malta fid-20.45.


Mario Axiak, M.B.A (Maastricht)
Kap, Riċerka u Komunikazzjoni
30 ta’ Mejju 2017