[10/17] General Elections 2017 Press Conference




Rilaxx: Immedjat
Data: 19 ta’ Mejju 2017
PR 10/17


Xandiriet Politiċi


Bħala parti mill-kampanja għall-Elezzjoni Ġenerali ta’ nhar is-Sibt 3 ta’ Ġunju, l-Awtorità tax-Xandir ser tkompli bl-iskema ta’ xandiriet politiċi nhar it-Tnejn 22 ta’ Mejju bl-ewwel Konferenza Stampa .

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Simon Busuttil ser ikun qed iwieġeb għall-mistoqsijiet ta’ ħames ġurnalisti:

  • Reno Bugeja għall-Public Broadcasting Service (PBS Ltd.)
  • Karl Stagno Navarra għal ONE News
  • Keith Micallef għal Allied Newspapers
  • Miriam Dalli għal Mediatoday
  • Corey Formosa għal Union Print

It-tema magħżula mill-Partit Nazzjonalista hija Jien Nagħżel Malta.

Din il-Konferenza ta’ 60 minuta ser tkun immexxija mis-Sur Mario Micallef u tixxandar fuq TVM u Radju Malta fid-20:45.


Mario Axiak, M.B.A (Maastricht)
Kap, Riċerka u Komunikazzjoni
19 ta’ Mejju 2017