[11/19] - Dibattitu Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, 2019




Rilaxx: Immedjat
Data: 17 ta’ Mejju 2019
PR 11/19


Dibattitu fi skema ta’ xandiriet politiċi
għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, 2019


Bi tħejjija għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ta’ nhar is-Sibt 25 ta’ Mejju 2019, l-Awtorità tax-Xandir ser tkompli bl-iskemi ta’ dibattiti politiċi.

Nhar it-Tnejn, 20 ta’ Mejju ser jixxandar ir-raba’ dibattitu għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew bis-suġġett magħżul “L-Unjoni Ewropea – 15-il sena esperjenza l-futur?”.

Mistednin se jkun hemm rappreżentanti ta’:

• Moviment Patrijotti Maltin - Henry Battistino,
• Imperium Europa - Norman Lowell,
• Alternattiva Demokratika - Carmel Cacopardo
• Brain Not Ego - Antoine P. Borg
• Partit Demokratiku - Godfrey Farrugia, u
• Alleanza Bidla - Ivan Grech Mintoff.

Id-dibattitu ser jixxandar fuq TVM u Radju Malta fid-20.45. Dan id-dibattitu ser jitmexxa minn Mario Xuereb.

Mario Axiak
Kap Riċerka u Komunikazzjoni
17 ta’ Mejju 2019