ONE Radio- Artiklu 3(3) - Ġunju, 2017




Deċiżjoni dwar akkuża fil-konfront ta’ ONE Radio rigward trasmissjoni tal-25 ta’ Mejju, 2017

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE Radio rigward allegat ksur ta’ Artiklu 3(3) tad-Direttiva maħruġa mill-Awtorità tax-Xandir għall-perjodu 8 ta’ Mejju sat-3 ta’ Ġunju, 2017, meta waqt it-trażmissjoni tal-25 ta’ Mejju 2017 bejn 10.55 u l-12.43 ixxandru mat-tnax-il reklam b’xejra politika.

L-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv u lil Ms Ruth Vella li dehret f’isem u in rappreżentanza tal-istazzjon, f’seduta li Nżammet fil-11 ta’ Lulju, 2017, li minn naħa tagħha filwaqt li talbet skuża għan-nuqqas, ammettiet l-akkuża.

L-Awtorità ħadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet in partikolari tal-ammissjoni minn naħa tal-istazzjon u ddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata u qablet li timponi l-penali relattiva ta’ erbat elef sitt mija u sittin Euro (€4660) sospiża għal sentejn. L-Awtorità in oltre wissiet lill-istazzjon biex ma jirrepetix tali ksur fil-futur.

Illum 24 ta’ Lulju, 2017