ONE - One News - 22 ta' Dicembru 2009




Ilment mill-Partit Nazzjonalista

L-Awtorità trattat ilment mill-Partit Nazzjonalista bid-data 22 ta' Diċembru 2009 dwar dritt ta' risposta fuq ONE News fis-seduta li nżammet fid-9 ta’ Frar u filwaqt li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet, iddiskutiet iċ-ċirkostanzi tal-każ u iddeċdiet li ma kelliex tipproċedi u tidħol fil-mertu tal-każ stante li t-talba għal dritt ta’ risposta mill-Partit Nazzjonalista fil-prattika ma setgħetx titwettaq peress li dan fl-ebda mument ma kien issottometta t-test tad-dritt ta’ risposta u għalhekk f’konformità ma’ deċiżjoni preċedenti l-Awtorità ma setgħatx tipproċedi ulterjoralment bis-smiegħ ta’ dan il-każ.

12 ta’ Frar, 2010