ONE - B’Xortik ma’ Robert - 25 ta’ Novembru, 2008




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li l-programm B’Xortik ma’ Robert  li xxandar fuq ONE TV fil-25 ta’ Novembru 2008, kiser il-paragrafi 4, 9 u 43 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir kif ukoll tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika dwar il-Prezz tat-Telefonati u Sms’s fil-Mezzi tax-Xandir.

Dan peress li dehru reklami waqt is-sigla, ma ngħatax prezz tal-Sms’s, deher fokar eċċessiv fuq dettalji ta’ prodotti wżati għat-tindif tat-twapet fir-rokna nformattiva, sar reklam ta’ offerta ta’ zlazi abbinata mat-telebejgħ ta’ prodott u deher spot waqt ir-rokna tat-telebejgħ.

Wara li l-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv u lill-istazzjon, u rat video tal-programm, hija sabet li l-akkużi ġew ippruvati u li din ma kinitx l-ewwel darba li l-programm instab ħati ta’ dan il-ksur.

Għalhekk wara li rat l-artikolu 41 u l-ħames Skeda tal-Att dwar ix-Xandir, l-Awtorità ddeċidiet li timponi penali amministrattiva fl-ammont ta’ elf, mija u erbà u sitt Euro (€ 1,164) liema penali amministrattiva għandha titħallas fi żmien xahar mid-data tad-deċiżjoni.