ONE - Reklam tas-'St. Mary’s Clinic' - 3 ta’ Novembru, 2008




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li r-reklam għal St. Mary’s Clinic li xxandar fuq ONE TV fit 3 ta’ Novembru, 2008, kiser paragrafu 5.3, 6.2 u 9.1 (a) u (c) tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika fuq Programmi li Jinvolvu l-Parteċipazzjoni ta’ Ċerti Professjonijisti fil-Kura Medika, fil-Mezzi tax-Xandir u Ħtiġijiet dwar Reklamar, Metodi ta’ Reklamar u Direttivi li Japplikaw għal Prodotti u Trattamenti Mediċinali.  Dan peress li saru referenzi għal offerti ta’ roħs mhux permess bil-liġi u ma nagħtawx dettalji tat-trattment u s-side effects tiegħu.

Wara li l-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv u lill-istazzjon u rat video tar-reklam in kwistjoni irriżulta li l-proċediment kien eżawrit.