TVM - XFactor - 19 ta' Jannar 2020




Deċiżjoni dwar Akkuża fil-konfront ta’ TVM rigward il-programm

X Factor li xxandar fid-19 ta’ Jannar 2020

 

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM rigward il-programm XFactor dwar allegat ksur ta’ Paragrafu 15 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir meta fil-programm tad-19 ta’ Jannar 2020 bejn l-2200 u 2300 ixxandar total ta’ 15-il minuta u 23 sekonda ta’ reklamar. 

L-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv Dr Joanna Spiteri u lil Dr Mark Vassallo li deher f’isem u in rappreżentanza tal-istazzjon, f’seduta li nżammet fis-17 ta’ Ġunju 2020.  F’din is-seduta dehru wkoll Charles Dalli, l-Kap Eżekuttiv tal-PBS u s-Sur Reno Buġeja, l-editur tal-istazzjon. Min-naħa tal-istazzjon ammetta l-akkuża iżda spjegaw li dawn in-nuqqasijiet kienu jirriżultaw minħabba ċaqlieq fl-iskeda u fil-programmi partikolarment f’dan il-każ jekk il-bulettin tal-aħbarijiet jitwal aktar minn 30 minuta.  Minħabba f’hekk ikun hemm ċaqliq fil-batches tar-reklami li wassal biex f’dik is-siegħa orarja nqabżu t-tnax-il minuta. 

L-Awtorità ħadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet in partikolari tal-ammissjoni min-naħa tal-istazzjon u ddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata.  F’dan il-każ qablet li in vista ta’ dan in-nuqqas qablet li timponi l-penali ta’ elf mija u sittin Euro (€1160) fuq l-istazzjon liema penali kellha titħallas ukoll fi żmien 60 ġurnata mid-data tan-notifika.

 

 

Illum 9 ta’ Lulju 2020