[01/10] Il-Parteċipazzjoni tat-Tfal fi Programmi tax-Xandir (15/01/2010)




Stqarrija għall-Midja 1/10

Il-Parteċipazzjoni tat-Tfal fi Programmi tax-Xandir –
L-Awtorità tax-Xandir tieħu passi dwar programm li jixxandar fuq One TV

Il-Liġi dwar ix-Xandir, u b’mod partikolari l-Liġi Sussidjarja, tinkludi numru ta’ dispożizzjonijiet li jirregolaw il-parteċipazzjoni u d-dehra tat-tfal fi programmi tax- xandir, dispożizzjonijiet li huma ntiżi sabiex jipproteġu l-interessi tal-minuri. Għalhekk, hemm fis-seħħ Kodiċi tax-Xandir dwar il-Protezzjoni tal-Minuri li hi aktar intiża sabiex tirregola r-reklamar li jolqot lit-tfal, kif ukoll Ħtiġijiet li jirregolaw il-parteċipazzjoni ta’ persuni
vulnerabbli fil-mezzi tax-xandir. Dawn il-Ħtiġijiet iqisu lit-tfal bħala persuni vulnerabbli u parti minnhom jindirizzaw, b’mod partikolari, il-parteċipazzjoni tat-tfal fi programmi tax-xandir.

Fost ħwejjeġ oħra, dawn il-Ħtiġijiet jesiġu li, anki meta l-parteċipazzjoni tat-tfal tkun saret bil-kunsens tal-ġenituri tagħhom, il-produttur tal-programm xorta waħda għandu lobbligu li jaċċerta li din il-parteċipazzjoni tkun fl-interess tat-tfal u mhux ta’ ħaddieħor (artiklu 4.1.2). Il-produttur ukoll għandu l-obbligu li jara li l-interessi tat-tfal jiġu mħarsa u b’mod partikolari irid jifhem li t-tfal ta’ età żgħira jsibuha diffiċli li jiddistingwu bejn dak li huwa reali u dak li huwa fittizju (artiklu 4.1.5).

F’dan il-kuntest, l-Awtorità tax-Xandir, f’seduta li saret riċentement u wara li kienet inħarġet akkuża mill-Kap Eżekuttiv, ikkonkludiet li l-programm Singled Out li jixxandar fuq One TV kien kiser dawn id-dispożizzjonijiet f’diversi okkażjonijiet u għalhekk immultat l-istazzjon penali fl-ammont ta’ elfejn tliet mija u disgħa u għoxrin ewro (€2,329). Il-programm Singled Out huwa programm ta’ light entertainment ibbażat fuq logħba fejn persuna tkun qed tfittex partner u fejn allura din tipprova tidentifika liema minn numru ta’ parteċipanti tas-sess oppost huwa jew hija single. Waqt li l-Awtorità
m’għandha l-ebda diffikultà b’dan il-ġeneru ta’ programm, min-naħa l-oħra ma tistax taċċetta li, kif ġara f’diversi edizzjonijiet tal-programm, fil-filmati tal-intervisti malparteċipanti, meta dawn jirrakkontaw, ġieli b’mod fittizju u ġieli b’mod reali, stejjer dwar problemi personali li jkunu għaddew minnhom, jiġu ffilmjati u identifikati, kultant b’mod prominenti, it-tfal żgħar ta’ dawn il-parteċipanti. Id-dehra ta’ dawn it-tfal f’dan ilprogramm
ċertament ma kienitx fl-interess tat-tfal stess iżda fl-interess tal-produttur talprogramm sabiex jipprova jagħmel il-programm aktar ‘popolari’.

Mario Axiak

5 ta’ Jannar 2010

Kap Riċerku u Komunikazzjoni

Ref 63/01

Awtorità tax-Xandir