01/15 - 29 Jan 2015




Ċirkulari 01/15

Ċirkulari lill-Istazzjonijiet tat-Televiżjoni

Nagħmel referenza għaċ-ċirkulari 16/14 (kopja mehmuża) li ġiet ikkomunikata fil-5 ta’ Diċembru 2014. Wara li l-Awtorità rċeviet numru ta’ sottomissjonijiet dwar l-interpretazzjoni tas-sezzjoni dwar l-isponsorship, ġie deċiż li dan il-provediment jibda japplika minn nhar it-Tnejn 6 t’April 2015. Madankollu l-provedimenti marbuta mat-tqegħid tal-prodott qed jiġu nfurzati mill-Awtorità tax-Xandir u għalhekk nappellalkom biex tiżguraw li fil-programmi, speċjalment dawk meqjusa bħala magazine, ma jkunx hemm tqegħid tal-prodotti li mhumiex fihom infushom parti integrali mill-programm.

Infakkarkom li fost il-provedimenti dwar it-tqegħid tal-prodott fl-Att Dwar ix-Xandir insibu li programmi m’għandhomx jinkoraġġixxu direttament ix-xiri jew il-kiri ta’ prodotti jew servizzi, b’mod partikolari billi jagħmlu referenzi promozzjonali speċjali għal dawk il-prodotti jew is-servizzi, u m’għandhomx jagħtu prominenza mhux dovuta lill-prodott in kwistjoni.

Għalhekk inħeġġiġkom biex b’mod immedjat tieħdu dawk il-passi meħtieġa biex fl-ebda programm ma jkun hemm prominenza żejda ta’ prodotti biex b’hekk ma jkunx hemm ksur tal-liġi.

Pierre Cassar
Kap Eżekuttiv
29 ta’ Jannar 2015 
Ref 17/62







  • Link għal-Ċirkulari 16/14