Ċirkulari 1/16
Ċirkulari lill-istazzjonijiet tar-radju u t-televiżjoni
Sew il-Kostituzzjoni kif ukoll l-Att Dwar ix-Xandir jitkellmu ċar dwar il-ħtieġa tal-imparżjalità f’każijiet ta’ kontroversja politika jew industrijali kif ukoll dwar policy pubblika kurrenti.
Dawn l-obbligi huma riflessi wkoll fid-dettal fl-Avviż Legali “Ħtiġiet Dwar Standards u Prattika Li Japplikaw Għal Bulettini tal-Aħbarijiet u l-Programmi ta’ Ġrajjiet Kurrenti” inkluż fejn tidħol parteċipazzjoni tal-mistiedna sabiex b’hekk ikun hemm opinjonijiet differenti.
Għaldaqstant, l-Awtorità qed tfakkar l-istazzjonijiet sabiex f’dawk il-programmi ta’ ġrajjiet kurrenti għandu jiġi żgurat li l-mistiedna jirriflettu bilanċ tal-fehmiet kollha konċernati, inkluż dawk tal-partiti politiċi bħal Alternattiva Demokratika u Alleanza Bidla.
Pierre Cassar |
Kap Eżekuttiv |
17 ta' Marzu 2016 |
Ref 7/16 |