Ċirkulari 1/17
Ċirkulari lill-istazzjonijiet kollha tax-Xandir
Xandir ta’ Spots
Nirreferi għall-ispots li qed jixxandru u li jitrattaw dawn is-suġġetti hawn indikati:
roaming charges, consumer protection, culture, fasterbroadband, online subscriptions.
Ai termini tal-Artiklu 15 tal-Att dwr ix-Xandir l-Awtorità qed tordna li dawn l-ispots fil-format u bil-kontenut prezenti għandhom jitwaqqfu b’mod immedjat.
L-Awtorità tkun lesta li tirrikonsidra d-deċiżjoni tagħha jekk l-imsemmija spots jindikaw b’mod ċar is-sors u l-oriġini tagħhom. Barra minn hekk dawn l-ispots ma jistgħux ikollhom kontenut ta’ xejra politika.
Dr Joanna Spiteri
Kap Eżekuttiv
11 ta’ Mejju, 2017