Ċirkulari 1/19
Ċirkulari lill-Istazzjonijiet tar-Radju tal-Komunità
L-Awtorità tax-Xandir qed tfakkar lid-diriġenti tal-istazzjonijiet tar-radju tal-komunità li l-għan tal-istazzjonijiet tagħhom huwa biex speċifikament jagħti servizz ta’ xandir lill-komunità. Għaldaqstant, qed nitlob li l-jingles li jintużaw fit-trażmissjoni ta’ dawn l-istazzjonijiet tkun tirrifletti dan l-iskop. Permezz ta’ din iċ-ċirkulari, l-Awtorità se tkun qed tagħti perjodu ta’ ġimgħa mil-lum biex id-diriġenti tal-istazzjonijiet tal-komunità jipproduċu jingles fejn, fost l-informazzjoni li tingħata, irid jingħad l-isem tal-istazzjon u l-frekwenza, kif ukoll li l-istazzjon huwa ‘stazzjon tal-komunità’.
Wara dan il-perjodu, id-Dipartiment tal-Monitoraġġ se jkun qed jagħmel eżerċizzju biex jara li din iċ-ċirkulari ġiet segwita.
Dr Joanna Spiteri 14 ta’ Jannar 2019
Kap Eżekuttiv Ref 3/91