Ċirkulari 01/22B
Lill-istazzjonijiet tar-radju u t-televiżjoni u lid-djar privati tal-produzzjoni tal-programmi
Follow up taċ-ċirkolari Qari tal-Provi Bil-Malti
L-Awtorità tinnota b’sodisfazzjon li wara s-sejħa li għamlet fiċ-ċirkulari 1/22 (OPPORTUNITÀ TA’ SUSSIDJU GĦAL KORS ONLINE FIL-KITBA TAL-MALTI) in-numru ta’ parteċipanti interessati li se jingħataw sussidju mill-Awtorità issa ġie milħuq u għalhekk mhijiex se tkun qed tilqa’ aktar talbiet għal sussidju għal dan il-kors. Fil-frattemp min xorta għadu interessat fil-kors jista’ japplika mal-Università fil-ħolqa li hemm fiċ-ċirkolari 1/22 iżda ma jkunx qed jingħata sussidju mill-Awtorità.
Fil-ġejjieni l-Awtorità se tkompli tagħti appoġġ lil min ikun interessat għall-korsijiet futuri.
Dr Joanna Spiteri
Kap Eżekuttiv
14 ta’ Jannar 2022
Ref : 73/01