02/11 - 28 Jan 2011




Ċirkulari 2/11
Lill-Istazzjonijiet tar-Radju tal-Komunità

Mill-applikazzjonijiet li jaslu għand l-Awtorità tax-Xandir meta tiskadi liċenzja ta’ xi stazzjon u dak l-istazzjon ikun irid jerġa’ japplika għal perijodu ieħor ta’ sentejn, qed jiġi nnutat li diversi drabi l-indirizz tat-Transmission Site ikun differenti minn kif kien mgħoddi lill-Awtorità fl-applikazzjoni preċedenti. Meta nindagaw insibu li l-istazzjon saħansitra ilu xi żmien mhux ħażin ixandar minn dan il-post ġdid mingħajr ma jkun intalab il-permess tal-Awtorità.

Mhux talli l-istazzjon jenħtieġ il-permess tal-Awtorità biex il-post minn fejn ixandar jinbidel, anki jekk jibqa’ qrib ħafna tas-sit tat-trasmissjoni msemmija fl-applikazzjoni, imma jkunu jridu jsiru testijiet ġodda mill-Awtorità dwar il-Komunikazzjoni biex jinħareġ rapport ġdid li jiddetermina l-parametri tekniċi ġodda tal-liċenzja li faċilment jistgħu jvarjaw skont is-sit ta’ trasmissjoni.

Għalhekk, qed niġbed l-attenzjoni ta’ kull min imexxi stazzjon tal-komunità li għall-ebda raġuni ma tista’ ssir rilokazzjoni tas-sit tat-trasmissjoni mingħajr il-permess tal-Awtorità tax-Xandir. Jekk xi stazzjon ma jitlobx il-permess tal-Awtorità ikun qed jikser il-liġi u jittieħdu l-passi neċessarji.


Pierre Cassar
Kap Eżekuttiv
26 ta’ Jannar 2011
Ref 3/91