Ċirkulari 02/13
Ċirkulari lill-Istazzjonijiet
L-Awtorità tax-Xandir tinnota li qed isiru diversi promozzjonijiet għal programmi ta’ xandir sew fuq it-televiżjoni kif ukoll fuq ir-radju fuq id-diversi stazzjonijiet. L-Awtorità tifhem l-importanza ta’ dawn il-promos li l-għan tagħhom huwa li jinforma lis-semmiegħa u telespettaturi bil-kontenut tal-programmi u l-kelliema li se jkunu qed jipparteċipaw.
Madankollu, l-Awtorità trid tagħmilha ċara li kull stazzjon għandu l-obbligu li l-ewwel jivverifika mal-mistiedna li dawn ikunu disponibbli li jattendu fil-ġurnata u l-ħin miftiehem għall-programm. Huwa biss meta jkun hemm il-konferma tal-attendenza li stazzjon għandu jibda jxandar il-promo bid-dettalji tal-parteċipanti.
L-Awtorità tisħaq li din il-proċedura għandha tkun segwita mill-istazzjonijiet kollha tax-xandir sabiex dawk il-programmi li jiġu reklamati bl-ismijiet tal-parteċipanti tabilħaqq jixxandru u b’hekk is-semmiegħa u t-telespettaturi jkunu qed jirċievu l-informazzjoni attwali u korretta.
Pierre Cassar
Kap Eżekuttiv
9 ta’ Jannar 2013
Ref 10/62/52