[02/13] Xandiriet Politici - Dibattitu (08/01/2013)




Xandiriet Politiċi mill-Awtorità tax-Xandir
għal matul il-Kampanja tal-Elezzjoni Ġenerali 2013

Għada l-Erbgħa, 9 ta’ Jannar 2013 ser jixxandar mill-Awtorità tax-Xandir l-ewwel Dibattitu fis-sensiela ta’ programmi għall-Elezzjoni Ġenerali 2013. 

Is-suġġett magħżul mill-Awtorità tadx-Xandir għal dan id-Dibattitu ser ikun Il-proposti tal-PN u l-PL għal din l-elezzjoni u l-mistiedna għal dan il-programm ser ikunu Tonio Fenech għal Partit Nazzjonalista u Dr Chris Cardona għal Partit Laburista.  Dan id-Dibattitu ser jitmexxa minn Reno Bugeja.

Dan il-programm ser jixxandar fuq TVM kif ukoll fuq ir-radju106.6 fit-8:40 ta’ filgħaxija.

Mario Axiak
Kap Riċerka u Komunikazzjoni
8 ta’ Jannar 2013