Xandiriet għall-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali 2015 - Dibattitu
 
 
L-Iskema ta’ Xandiriet Politiċi organizzata mill-Awtorità tax-Xandir għall-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali 2015 se tkun qed tiftaħ b’dibatitu għada t-Tlieta, 17 ta’ Marzu 2015.
 
Is-suġġett magħżul mill-Alternattiva Demokratika ser ikun “Soċjeta, Ekoloġija, Kontabilita”.  F’dan id-dibattitu ser jieħdu sehem 
• Ralph Cassar għall-Alternativa Demokratika; 
• Dr Toni Abela u Denise Cutajar għall-Partit Laburista; u 
• Robert Cremona u James Cassar għall-Partit Nazzjonalista.  
 
Dan id-dibattitu ser jitmexa minn Dr Andrew Azzopardi.
 
Dan id-dibattitu ta’ 60 minuta ser jixxandar fuq TVM2 u Radju Malta għall-ħabta tad-20.40.
 
 
Mario Axiak
Kap Riċerka u Komunikazzjoni
16 ta’ Marzu 2015