Ċirkulari 3/17
Ċirkulari lill-istazzjonijiet kollha tax-Xandir
Reklamar, PSAs u produzzjonijiet b’xejra politika
Ai termini tal-Artiklu 15 tal-Att dwar ix-Xandir u skont id-Direttiva maħruġa fil-5 ta’ Mejju 2017 qed nidderiġik li ma jista’ jixxandar l-ebda reklamar, inkluż PSAs jew produzzjonijiet informattivi b’xejra politika.
Għaldaqstant kull stazzjon għandu jwaqqaf immedjatament dan ir-reklamar u produzzjonijiet b’kontenut politiku kif indikat fl-istess Direttiva.
L-Awtorità lesta li tieħu azzjoni jekk kull tip ta’ produzzjoni jew reklamar jibqgħu jixxandru.
Dr Joanna Spiteri
Kap Eżekuttiv
19 ta’ Mejju 2017