Stqarrija: Immedjat
Date: 16 ta’ Jannar 2017
PR 02/17
Sponsorship
Ċertifikat fil-Qari tal-Provi
Kull sena l-Awtorità tax-Xandir tisponsorja kandidati għall-kors ta’ Ċertifikat tal-Qari tal-Provi fl-Università ta’ Malta. Dan isir bil-għan li tittejjeb il-kwalità tal-Malti fix-xandir permezz ta’ edukazzjoni u stħarriġ fil-lingwa Maltija tar-riżorsi umani tad-djar tal-medja u djar tal-produzzjoni.
.
Illum, it-Tnejn 16 ta’ Jannar dawn il-kandidati ġew fl-uffiċini tal-Awtorità biex ikunu mgħarrfa aktar dwar ir-rwol ta’ l-Awtorità u dwar is-servizz li huma ser ikunu qed jagħtu biex titjieb il-lingwa Maltija fix-xandir.
Din is-sena l-Awtorità tax-Xandir ser tisponsorja ħames kandidati għal dan il-kors. Tlieta minn dawn ġejjin minn stazzjon televiziv lokali u huma il-ġurnalist, Mario Frendo, id-disinjatur tal-grafika, Leonard Pace, u Marlene Ciantar li titratta direttament mall-klijenti ta’ dan l-istazzjon.
Kandidata oħra, Graziella Ellul, ġejja minn kumpanija tal-produzzjoni ta’ programmi televiżi, waqt li l-aħħar kandidata li ser tipparteċipa f’dan il-kors għaċ-Certifikat fil-Qari tal-Provi taħdem ma’ stazzjon tar-radju f’Għawdex.
Waqt li l-Awtorità tax-Xandir tirringrazzja lil dawn il-parteċipanti ta’ l-interess li wrew biex itejbu l-lingwa tal-Malti fix-xandir, tawguralhom kull suċċess f’ħidmiethom.
Mario Axiak |
Kap Riċerka u Komunikazzjoni |
16 ta’ Jannar 2017 |
Ms Tanya Borg Cardona, Chair Broadcasting Authority [center]
flanked by Dr Joanna Spiteri, CEO Broadcasting Authority