Ċirkulari 02/20
26 ta’ Marzu 2020
Lill-Istazzjonijiet Kollha tax-Xandir
Tfakkira - Ripetizzjonijiet ta’ programmi f’dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji
Għal darb’oħra l-Awtorità qed terġa’ tfakkar dak illi diġa kienet wissiet f’ċirkolari 1/20. L-Awtorità qed titlob il-koperazzjoni tad-diriġenti tal-istazzjon sabiex ix-xandir lokali ikun verament ta’ servizz għat-telespetatturi u s-semmiegħa aktar u aktar f’dan il-perjodu partikolari.
Filwaqt li l-Awtorità tifhem li minħabba l-impatt ta’ din l-imxija tal-COVID-19, xi stazzjonijiet kellhom jirrikorru għal ripetizzjonijiet ta’ programmi anke ta’ skedi preċedenti. Għaldaqstant importanti li dawk il-programmi li xxandru qabel ma ħarġu numru ta’ Direttivi mid-Dipartiment tas-Saħħa, l-istazzjonijiet għandhom jinfurmaw matul il-programm li dan il-programm kien irrekordjat qabel. Minħabba in-nuqqas ta’ dawn il-crawls qed jitwassal messsaġġ u informazzjoni lill-pubbliku u li jistgħu jkollhom konsegwenzi ta’ periklu għas-saħħa.
Għaldaqstant l-Awtorità qed titlob li f’kull programm irrekordjat qabel ma ħarġu d-Direttivi marbuta mal-pandemija tal-Coronavirus, għandha tittella’ caption qabel il-programm li tindika dan u tixxandar crawl matul il-programm fejn jingħad li l-programm kien irrekordjat jew ixxandar qabel dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji. F’każijiet ta’ programmi tar-radju dan l-avviż għandu jinqara qabel il-programm u f’ħinijiet matul il-programm.
Dawn huma importanti sabiex ma jkunx hemm miżinformazzjoni dwar l-attitudnijiet u l-imġieba tal-pubbliku f’din is-sitwazzjoni sensittiva u straordinarja.
Dr Joanna Spiteri
26 ta’ Marzu 2020