Ċirkulari 02/23
Ċirkulari lill-istazzjonijiet tat-televiżjoni
Telebejgħ Saħħa by Mark Morales
Nagħmel referenza għat-telebejgħ Saħħa by Mark Morales, speċifikament il-Vegeterian Collogen li qed jixxandar fuq uħud mill-istazzjonijiet lokali. Minn investigazzjoni li saret mill-Awtorità Maltija tal-Mediċina ġie kkonfermat illi dan it-telebejgħ jinkludi asserzjonijiet li normalment huma marbuta ma’ prodotti mediċinali fosthom;
i. “dawn huma pirmli bla side effects”
ii. “...jnaqqaslek l-uġigħ”
Dawn it-tip ta’ asserzjonijiet huma asserzjonijiet mediċi u għaldaqstant ma għandhomx jiffurmaw parti mill-promozzjoni ta’ dawn il-prodotti minħabba li jiżgwidaw lit-telespettaturi.
Mill-investigazzjoni tal-Awtorità Maltija tal-Mediċina rriżulta wkoll illi f’dan it-telebejgħ saret promozzjoni għall-prodotti oħra li jikkwalifikaw bħala supplimenti tal-ikel minkejja li l-Kummissjoni għas-Sigurtà tal-Ikel ma kinetx innotifikata b’dan hekk kif mitlub minn Regolament 8.1 tal-L.S.449.36, Regolamenti dwar Supplimenti Għall-Ikel.
Għaldaqstant, fuq il-parir mogħti mill-Awtorità Maltija tal-Mediċina u ai termini ta’ Artiklu 15 tal-Att dwar ix-Xandir, l-istazzjonijiet kollha huma mitluba sabiex iwaqqfu dan it-telebejgħ b’effett immedjat.
Dr Joanna Spiteri Kap Eżekuttiv
16 ta’ Jannar 2023
Ref : 107/07