02/25 - 13 ta' Frar 2025




Ċirkulari 02/25

 

Lill-istazzjonijiet kollha tax-xandir

 

 

Kors għal dawk li jużaw il-Malti fix-Xandir

 

 

Bi pjaċir ninfurmakom li, bejn Marzu u Mejju li ġej, l-Awtorità tax-Xandir bi sħab mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti se ttella’ kors ieħor għal dawk li jużaw il-Malti fix-xandir (televiżjoni, radju, internet u gazzetti).  

 

Il-kors se jkun mifrux fuq disa’ ġimgħat kif indikat hawn taħt, min-12:30pm sas-2:30pm l-Awtorità tax-Xandir il-Ħamrun, għajr is-sessjoni tas-17 ta’ April li se ssir online:

 

 

SESSJONI

TAQSIMA

Ħam 

13 Mar

Sengħa tal-Kitba

Ħam 

20 Mar

Ortografija

Ħam 

27 Mar

Sengħa tal-Kitba

Ħam 

03 Apr

Pronunzja u Dizzjoni

Ħam 

10 Apr

Ortografija

Ħam

17 Apr

Pronunzja u Dizzjoni (Zoom)

Ħam 

24 Apr

Sengħa tal-Kitba

Erb 

30 Apr

Traduzzjoni

Ħam 

8 Mej

Traduzzjoni

Riżorsi

Dan il-kors hu maħsub għall-ġurnalisti tal-aħbarijiet u tal-isport (TV, radju, internet u gazzetti), impjegati li jieħdu ħsieb il-grafika, impjegati ta’ aġenziji privati tal-produzzjoni tal-programmi, u kittieba tal-iskripts u r-reklami.

L-applikazzjonijiet fetħu u qed jintlaqgħu sal-Ġimgħa 28 ta’ Frar 2025.  Ma’ din iċ-ċirkulari ssibu l-formola tal-applikazzjoni li tista’ timtela u tintbagħat b’email lis-Sur Jean-Pierre Caligari, Senior Programme Monitor, fuq jean-pierre.caligari@ba.org.mt.

Inħeġġiġkom tibagħtu lill-impjegati tagħkom ħalli, bl-għajnuna ta’ xulxin, inkomplu naħdmu biex intejbu l-livell tal-Malti fix-xandir. Napprezza jekk ikollna rappreżentant/a minn kull stazzjon u aġenzija tal-produzzjoni u li tagħmlu l-arranġamenti meħtieġa biex dawn ikunu jistgħu jattendu 9 sessjonijiet b’kollox ta’ sagħtejn, darba fil-ġimgħa.

Formola tal-applikazzjoni 

 

 

 

Dr Joanna Spiteri

Kap Eżekuttiv

13 ta’ Frar 2025

Ref : 73/01