02/26 - 30 ta' April 2026




Ċirkulari 02/26

 

Ċirkulari lill-istazzjonijiet kollha tat-televiżjoni lokali

 

 

Promozzjoni ta’ Maratoni Ġbir ta’ Fondi fil-Bulettini tal-Aħbarijiet

 

 

Qed issir referenza għaċ-Ċirkulari 03/24 maħruġa nhar l-4 ta’ April 2024 (mehmuża) b’rabta mar-rappurtaġġ li jingħataw il-maratoni ġbir ta’ fondi fil-bulettini tal-aħbarijiet fid-dawl ta’,

 

  • L.S.350.15, Ħtiġiet dwar Standards u Prattika dwar is-Sehem ta’ Nies Bla Ħarsien Xieraq fil-Mezzi tax-Xandir

 

  • L.S.350.31, Ħtiġiet dwar Standards u Prattika dwar Reklamar, Metodi ta’ Reklamar u Direzzjonijiet dwar Kollezzjonijiet Pubbliċi fuq il-Mezzi tax-Xandir.

 

Nixtiequ nfakkru li l-konformità ma’ din iċ-ċirkulari u d-dispożizzjonijiet ta’ dawn iż-żewġ leġislazzjonijiet sussidjarji hija obbligatorja u li f’każ ta’ nuqqas, l-Awtorità ma jkollhiex għażla oħra għajr li jittieħdu l-passi meħtieġa fil-konfront tas-servizz konċernat.

 

Din iċ-ċirkulari qed tinħareġ b’effett immedjat. In-nuqqas ta’ ħarsien tal-L.S.350.15, Ħtiġiet dwar Standards u Prattika dwar is-Sehem ta’ Nies Bla Ħarsien Xieraq fil-Mezzi tax-Xandir jista’ jwassal għall-impożizzjoni ta’ penali amministrattiva sa massimu ta’ €2,330 filwaqt li n-nuqqas ta’ ħarsien tal-obbligi fil-L.S.350.31, Ħtiġiet dwar Standards u Prattika dwar Reklamar, Metodi ta’ Reklamar u Direzzjonijiet dwar Kollezzjonijiet Pubbliċi fuq il-Mezzi tax-Xandir jista’ jwassal għall-impożizzjoni ta’ penali amministrattiva sa massimu ta’ €930.

 

Filwaqt li napprezzaw is-sens ta’ benevolenza tagħkom, b’din iċ-ċirkulari qed intennu l-importanza tal-konformità mar-regolamenti applikabbli.

 

Nirringrazzjawkom bil-quddiem tal-koperazzjoni.

 

 

Dr Joanna Spiteri

Kap Eżekuttiv

29 ta’ April 2026

Ref. 45/08