Stqarrija għall-Istampa
11 ta’ Mejju 2026
Stq: 02/26
Skema ta’ Xandiriet Politiċi
Għall-Elezzjoni Ġenerali 2026
Bi tħejjija għall-Elezzjoni Ġenerali ta’ nhar is-Sibt 30 ta’ Mejju 2026, l-Awtorità tax-Xandir ser tagħti bidu għal skema ta’ xandiriet politiċi bejn il-partiti politiċi bl-ewwel xandira tieħu forma ta’ dibattitu politiku.
It-Tnejn 11 ta’ Mejju 2026 ser jixxandar l-ewwel dibattitu politiku bis-suġġett magħżul mill-Awtorità tax-Xandir u li ser jitratta “L-Elezzjoni Ġenerali 2026”. Il-kelliema għal dan id-dibattitu ser ikunu d-Deputat Prim Ministru u Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament Dr Ian Borg u l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Dr Alex Perici Calascione.
Din ix-xandira politika ser tixxandar fuq TVM u Radju Malta fid-21:15 u ser titmexxa minn Mario Micallef.