Xandiriet għall-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali 2015
Dibattitu
L-Iskema ta’ Xandiriet Politiċi organizzata mill-Awtorità tax-Xandir għall-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali 2015 ser tkompli b’dibatitu għada t-Tlieta, 24 ta’ Marzu 2015.
Is-suġġett magħżul mill-Partit Nazzjonalista ser ikun “Nagħmlu Differenza”. F’dan id-dibattitu ser jieħdu sehem
• Dr Alessia Psaila Żammit u Dr Kevin Cutajar għall-Partit Nazzjonalista;
• Dr Deborah Schembri u Carlo Mifsud għall-Partit Laburista; u
• Monique Agius għall-Alternattiva Demokratika.
Dan id-dibattitu ser jitmexxa minn Dr Andrew Azzopardi.
Dan id-dibattitu ta’ 60 minuta ser jixxandar fuq TVM2 u Radju Malta fid-20.40.
Mario Axiak
Kap Riċerka u Komunikazzjoni
23 ta’ Marzu 2015