Ċirkulari 4/14
Ċirkulari lill-istazzjonijiet kollha tax-xandir
Wara numru ta’ talbiet li l-Awtorità tax-Xandir irċeviet sabiex tagħti direzzjoni dwar Artiklu 3(2) tad-Direttiva maħruġa b’rabta mal-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew u li tkopri l-perjodu 11 t’April sal-24 ta’ Mejju 2014, l-Awtorita tixtieq tippreċiża li l-għan prinċipali huwa li jeħtieġ ikun hemm rappreżentanza fuq medda ta’ programmi ta’ veduti differenti u mhux neċessarjament fi programm wieħed, u dan konformi mal-provedimenti sew ta’ Artiklu 119 (1) tal-Kostituzzjoni kif ukoll ta’ Liġi Sussidjarja 350.14 Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika li japplikaw għal Bullettini tal-Aħbarijiet u l-Programmi ta’ Ġrajjiet Kurrenti.
B’hekk, stazzjon ikun qed jazzigura li l-veduti ta’ kull partit, moviment u individwu li se jikkontestaw l-Elezzjoni Għall-Parlament Ewropew jitwasslu lit-telespettaturi u semmiegħa.
Pierre Cassar |
Kap Eżekuttiv |
23 t’April 2014 |
Ref 103/03/5/36 |