[04/04] MEP Elections - Political Debate (29/04/2014)




Stqarrija 04/2014

XANDIRIET POLITIĊI MILL-AWTORITÀ TAX-XANDIR
GĦAL MATUL IL-KAMPANJA TAL-ELEZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW 2014

Għada l-Erbgħa, 30 t'April 2014 ser jixxandar l-ewwel Dibattitu organizzat mill-Awtorità tax-Xandir fis-sensiela ta’ programmi għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew 2014.

Is-suġġett għal dan id-Dibattitu, approvat mill-Awtorità tax-Xandir, kien magħżul mill-Alternattiva Demokratika u ser ikun "Aħna l-Ewropa".

Il-mistiedna għal dan il-programm ser ikunu:

• Il-Perit Carmel Cacopardo f’isem l-Alternattiva Demokratika;

• Dr Therese Comodini Cachia u Dr Francis Zammit Dimech f’isem il-Partit Nazzjonalista; u

• Il-Professur Lino Bianco u  s-Sur Mario Farrugia Borg f’isem il-Partit Laburista.

Dan id-Dibattitu ser jitmexxa minn Ruth Amaira u ser jixxandar fuq TVM kif ukoll fuq Radju Malta wara l-bulletin prinċipali tal-aħbarijiet tat-8:00 ta' filgħaxija.

Mario Axiak
Kap Riċerka u Komunikazzjoni
29 t’ April 2014