[04/17] - Stqarrija Ghall-Istampa




Rilaxx: Immedjat
Data: 15 ta’ Marzu 2017
PR 04/17

Stqarrija għall-Istampa

L-Awtorità tax-Xandir qed toħroġ din l-istqarrija għall-istampa:

1. L-allegazzjonjijiet dwar bullying ta’ staff kif rappurtat fil-medja mhux minnhom u żgur li huma riżultat ta’ nuqqas ta’ ftehim jew nuqqas ta’ komunikazzjoni bejn individwi fl-Awtorità;

2. L-intenzjoni u l-għanijiet tal-Awtorità dejjem kienu jpoġġu l-ewwel u qabel kollox it-tisħiħ tax-Xandir, tal-Awtorità nnifisha u l-impjegati tagħha u hekk għadhom u hekk ser jibqgħu;

3. F’kull każ l-Awtorità qed tiċħad bl-aktar mod kategoriku kwalunkwe allegazzjonijiet ta’ irregolaritajiet u qed tirriżerva l-pożizzjoni tagħha f’dan ir-rigward;

4. L-Awtorita’ tixtieq illi tiġi ristabbilita s-sitwazzjoni u l-klima fi ħdanha u għal dan il-għan ipproponiet proċess ta’ medjazzjoni biex tirriżolvi kull nuqqas ta’ ftehim.

Mario Axiak
Kap Riċerka u Komunikazzjoni
15 ta' Marzu 2017