Stqarrija Nru : 05/11
Xandiriet għar-Referendum 2011 – Konferenza tal-Aħbarijiet
Bħala parti mill-iskema ta’ Xandiriet għar-Referendum 2011, l-Awtorita’ tax-Xandir ser torganizza konferenza tal-aħbarijiet nhar il-Ħamis, 19 ta’ Mejju, 2011.  Il-kelliem ser ikun Dr Arthur Galea Salamone f’isem il-Moviment Żwieg Bla Divorzju.  Il-mistoqsijiet se jsiru minn sitt gurnalisti.  
 
Din il-konferenza tal-aħbarijiet ta’ 60 minuta ser titmexxa minn Mario Micallef u ser tixxandar fuq TVM u Radju Malta fid-20:40.                                   
 
| Mario Axiak M.B.A. (Maastricht) | 17th May 2011  | 
| Head, Research &   Communications, |   | 
| Broadcasting Authority |  |