Stqarrija Nru.: 05/12
Stqarrija mill-Awtorita` tax-Xandir
B’riferenza għall-Konferenza Stampa mogħtija minn Smash Communications Ltd illum dwar is-sentenza mogħtija fil-Qorti Ċivili fil-kawża Smash Communiations Ltd kontra l-Awtorita` tax-Xandir, l-istess Awtorita` tħoss li kull kumment dwar l-eżitu tal-kawza ċivili in kwistjoni huwa prematur minħabba li s-sentenza qed tiġi appellata fil-Qorti tal-Appell.
Minħabba f’din ir-raġuni, l-Awtorita` tax-Xandir mhux ser tikkummenta dwar il-kontenut tas-sentenza jew dwar dak li ingħad fuq l-istess sentenza minn Smash Communications Ltd waqt il-konferenza stampa.
 
| Mario Axiak | 17 ta’ Frar, 2012 | 
| Head, Research &   Communications, | Broadcasting Authority |