Stqarrija 5/13
Wara laqgħa li kellha mal-PBS, l-Awtorità tax-Xandir tinsab sodisfatta bir-relazzjoni li hemm bejnha u l-PBS. 
 
Fost affarijiet oħra, waqt din il-laqgħa ġiet iċċarata l-parteċipazzjoni ta’ ġurnalisti tal-PBS fix-xandiriet tal-Awtorità b’konnessjoni mal-Elezzjonijiet Ġenerali.
 
Iż-żewġ partijiet qablu li jkomplu jiltaqgħu skont il-ħtieġa fl-interess tal-ġid tax-xandir f’pajjiżna.
| Mario Axiak  | 14 ta’ Jannar 2013  | 
| Kap Riċerka u   Komunikazzjoni       |  Ref 10/62/81 |