Ċirkulari 5/19
Ċirkulari lill-Istazzjonijiet tar-Radju Nazzjonali
Xandir ta’ Reklamar bi ħlas fuq l-istazzjonijiet tar-Radju Nazzjonali
Għal darb’oħra l-Awtorità ikkunsidrat it-tiġdid ta’ din id-Direttiva dwar Xandir ta’ Reklamar bi Ħlas fuq l-Istazzjonijiet tar-Rajdu Nazzjonali li kienet ħarġet fil-25 ta’ Jannar. Permezz ta’ din id-Direttiva, l-Awtorità awtorizzat stazzjonijiet tar-radju Nazzjonali biex jagħtu spazju lill-kandidati li se jikkontestaw l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.
B’kunsiderazzjoni għal dak li seħħ matul l-ewwel xahrejn li din id-Direttiva kienet fis-seħħ, l-Awtorità qed iġġedded din l-iskema sal-14 ta’ April 2019. Dan it-tiġdid ser isir bl-istess kundizzjonijiet mitluba fid-Direttiva.
Madankollu din id-Direttiva se tkun qed tagħlaq fl-14 ta’ April meta se tidħol in vigore Direttiva oħra li se tkun ikkomunikata aktar ‘il quddiem.
Dr Joanna Spiteri
Kap Eżekuttiv
28 ta’ Marzu 2019
Ref 103/03