05/21B - 8 November 2021




Ċirkulari 05/21B

 

Ċirkulari lill-istazzjonijiet kollha tat-Televiżjoni

 

 

Fid-dawl taċ-Ċirkulari 5/21 maħruġa mill-Awtorità tax-Xandir nhar it-12 ta’ Ottubru 2021 u n-nuqqas ta’ feedback dwar l-applikazzjoni ta’ Artiklu 16M(3)(e) tal-Att dwar ix-Xandir, l-Awtorità tax-Xandir, wara li evalwat il-prassi eżistenti, qed tidderieġi lill-istazzjonijiet sabiex l-“identifikazzjoni xierqa fil-bidu u fit-tmiem tal-programm, u meta l-programm jerġa’ jibda wara waqfa għar-reklami...”, issir permezz ta’;

 

  • caption card li tkun tinkludi kliem u/jew frażi/jiet intiżi li jilħqu dan l-għan (i.e. l-għarfien tat-telespettaturi) bħal pereżempju “F’dan il-programm jidhru xi prodotti kummerċjali

 

Din il-caption card tista’ tkun akkumpanjata minn voice u/jew jingle skont l-identità u d-diskrezzjoni tal-istazzjon.

 

Hekk kif jindika b’mod ċar Artiklu 16M(3)(e) tal-Att dwar ix-Xandir, din l-identifikazzjoni għandha tixxandar “...fil-bidu u fit-tmiem tal-programm, u meta l-programm jerġa’ jibda wara waqfa għar-reklami...”

 

Infakkarkom li din l-identifikazzjoni għandha tixxandar minn kull servizz u ma’ kull tip ta’ xandira/programm li jinkludi t-tqegħid ta’ prodotti kummerċjali bl-eċċezzjoni ta’ xandiriet sportivi (live jew ripetizzjoni) kif ukoll fejn is-servizz/l-istazzjon ikun ta’ natura tematika sportiva.

 

Filwaqt li b’sodisfazzjon tinnota li hemm numru ta’ servizzi li diġà rregolaw irwieħhom f’dan ir-rigward, ngħarrafkom li l-Awtorità tax-Xandir ser tkun qed tkompli ssegwi l-applikazzjoni ta’ dan il-provvediment u tieħu l-passi neċċessarji skont il-każ. In-nuqqas ta’ ħarsien ta’ Artiklu 16M(3)(e) tal-Att dwar ix-Xandir iġib miegħu penali ta’ Eur 2,330.

 

 

 

Dr Joanna Spiteri

Kap Eżekuttiv

8 t’Ottubru, 2021

Ref.51/61