[05/22] Xandiriet Politiċi - Elezzjoni Ġenerali 2022




Rilaxx: Immedjat
Data: 9 ta’ Marzu 2022
PR 05/22


Xandiriet Politiċi

L-iskema ta’ xandiriet politiċi li bdiet nhar it-Tnejn 7 ta’ Marzu 2022, se tkompli llum b’dibattitu bit-tema “Miegħek. Għal Malta”. Il-kelliema għal dan id-dibattitu se jkunu Julie Zahra u Ivan J. Bartolo għall-Partit Nazzjonalista u Byron Camilleri u Jonathan Attard għall-Partit Laburista. F’dan id-dibattitu ta’ siegħa se jkunu qed jiġu trattati temi politiċi ewlenin għal din l-elezzjoni ġenerali.

Dan id-dibattitu fl-iskema tal-Awtorità tax-Xandir ser jitmexxa mis-Sur Liam Carter u jixxandar fuq TVM u Radju Malta fid-20.45.