06/08 - 04Feb2008




Programmi u Reklami għal Matul il-Perijodu 11 ta’ Frar sat-8 ta’ Marzu 2008

Flimkien ma’ din iċ-ċirkulari qed nehmeż Direttiva ta’ l-Awtorita` tax-Xandir dwar Programmi u Reklami mxandra matul il-perijodu 11 ta’ Frar sat-8 ta’ Marzu 2008.

Ninfurmak illi peress li din hija direttiva ta’ l-Awtorita`, f’każ li xi stazzjon jikser xi parti minnha tinħareġ akkuza kontra tiegħu u, jekk l-akkuża tiġi ppruvata, ma jkunx possibbli li jingħata warning iżda penali amministrattiva li ma taqbiżx l-erbgħa u tletin elf u disa’ mija u erbgħin euro (€34,940) ekwivalenti għal ħmistax-il elf Lira Maltija (Lm15,000).

Għalhekk, huwa importanti li din id-direttiva tiġi ċirkulata immedjatament lil kulħadd, inkluż lill-independent production houses, ħalli b’hekk kulħadd ikun jaf dwar il-kontenut tagħha.

Niġbidlek l-attenzjoni li meta jiġu komunikati d-dettalji dwar programmi skond l-artikolu 3 ta’ din id-Direttiva, l-Awtorita` tapprova t-tibdil għas-suġġetti f’każijiet eċċezzjonali biss.

Dr Kevin Aquilina
Kap Esekuttiv
4 ta’ Frar 2008
Ref 10/62