06/11 - 29 Mar 2011





Ċirkulari 6/11

Lill-Istazzjonijiet Kollha tax-Xandir

L-Awtorità tax-Xandir ilha żmien tisħaq fuq l-importanza li l-ilsien Malti jintuża tajjeb fil-mezzi tax-xandir. Ftit tax-xhur ilu, ġie emendat il-Kodiċi Dwar l-Użu Tajjeb tal-Ilsien Malti fil-Mezzi tax-Xandir.

Hija x-xewqa tal-Awtorità tax-Xandir li tara sforz ġenwin mill-istazzjonijiet tar-radju u t-televiżjoni sabiex kemm jista’ jkun ix-xandara jużaw Malti tajjeb. Mehmuż ma’ din iċċirkulari għandkom issibu spjegazzjoni dwar l-ismijiet tal-lokalitajiet f’Malta u Għawdex imħejji mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti.

L-Awtorità tax-Xandir spiss tinnota li ma jsirx użu tajjeb tal-ismijiet tal-bliet u l-irħula f’Malta u Għawdex. Għalhekk, wieħed issa jittama li kull stazzjon jibda jimxi mar-regoli indikati.

Inħeġġiġkom ukoll biex tiġbdu l-attenzjoni tad-djar tal-produzzjoni li jipproduċu programmi għall-istazzjonijiet tagħkom.

Pierre Cassar
Kap Eżekuttiv
29 ta’ Marzu 2011
Ref 73/01