06/13 - 16 Jan 2013




Ċirkulari 06/13

Direttiva tal-Awtorità tax-Xandir dwar regoli għal Dibattiti bejn il Mexxejja Politiċi

Waqt laqgħa tal-Awtorità tax-Xandir, il-membri iddiskutew fit-tul il-prattiċi li għandhom jiġu addattati waqt programmi ta’ diskussjoni li fihom jieħdu sehem il-mexxejja jew id-deputati mexxejja tal-partiti politiċi u li fihom jista’ ikun hemm ukoll il-preżenza ta’ udjenza.

L-Awtorità ħadet konjizzjoni ta’ prattiċi addottati f’pajjiżi oħra fosthom r-Renju Unit u l-Istati Uniti tal-Amerika u ħasset li huwa ż-żmien opportun biex bis-setgħat mgħoddija lilha bil-Kostituzzjoni u l-Att Dwar ix-Xandir, ai termini ta’ Artiklu 15 tal-Att Dwar ix-Xandir toħroġ direttiva li tirregola il-mod ta’ kif tali programmi għandhom jitmexxew.

Din id-direttiva għandha l-għan li tistabilixxi regoli ġenerali dwar ir-rwol tal-moderaturi/preżentaturi ta’ dawn il-programmi, l-istruttura tal-istess programm u l-komportament tal-udjenza (fejn japplika).

L-Awtorità temmen li dawn il-prattiċi u standards jgħinu biex it-telespettatur/semmiegħ jircievi servizz li jassigura trattament ugwali għall-partijiet kollha involuti fil-programm.

Mehmuż ma’ din iċ-ċirkulari għandkom issibu din id-direttiva li tapplika b’effett immedjat għall-istazzjonijiet kollha tax-xandir li fuqhom jixxandru dawn it-tip ta’ programmi.

Pierre Cassar
Kap Eżekuttiv
Ref: 10/62/109
16 ta’ Jannar, 2013