06/17 - 12June2017




Ċirkulari 6/17

Ċirkulari lill-istazzjonijiet kollha tax-xandir

Wara li għadda ftit iktar minn ġimgħa minn tmiem il-kampanja elettorali, qed nibgħat din in-nota biex nesprimi l-apprezzament tal-Awtorità u tiegħi personali għall-mod kif imxejtu matul il-kampanja elettorali 2017.

Minkejja l-pressjoni li seta’ kien hemm biex jitwasslu s-servizzi tagħkom, mill-banda l-oħra kulħadd għaraf l-importanza tal-obbligu li jitħarsu r-regoli u d-direttivi tal-Awtorità tax-Xandir, anki jekk xi drabi kien hemm il-bżonn li tinġibed l-attenzjoni dwar ir-regoli mill-Awtorità. Xi drabi ma kinitx faċli biex iż-żewġ naħat jifhmu l-pożizzjoni ta’ xulxin, madankollu fil-maġġoranza tal-każi, intweriet rieda tajba u ġew rispettati d-direttivi jew il-gwida li ingħatat.

Għalhekk nittama, wara din l-esperjenza, li din il-kampanja elettorali tkun ta’ awgurju tajjeb biex inkomplu naħdmu flimkien għal għan wieħed favur it-telespetatturi u s-semmiegħa.


Dr Joanna Spiteri
12 ta’ Ġunju 2017
Kap Eżekuttiv
Ref 10/62/21