Circular 6/18
Lill-Istazzjonijiet tar-Radju
Xogħol fuq it-Torri tal-Għargħur
Qed nibgħatilkom dan l-avviż sabiex jixxandar fuq l-istazzjonijiet tar-radju u dan fl-interess tas-semmiegħa. Dan l-avviż għandu jibda jixxandar immedjatament mil-lejla. L-ewwel avviż għandu jixxandar fis-18:00.
Intant dan l-avviż għandu jixxandar ukoll għada u nhar l-Erbgħa biex is-semmiegħa jkunu jafu li se jkollhom xi problemi fit-trasmissjoni matul il-ġurnata tal-Erbgħa 12 ta’ Settembru. L-avviż għal matul il-jiem tat-Tlieta, 11 ta’ Settembru, għandu jixxandar fis-07:00, fl-10:00, fl-12:00, fl-16:00 u fis-18:00 u l-Erbgħa, 12 ta’ Settembru, fis-07:00 u fl-10:00. Ovvjament jekk ikunu effettivament qed isiru t-tiswijiet l-avviż li jixxandar nhar l-Erbgħa jrid ikun jirifeletti dan u r-referenza għat-temp titneħħa.
Nirringrazzjakom bil-quddiem tal-koperazzjoni tagħkom biex flimkien inkomplu nagħtu servizz kif xieraq b’xandir ta’ kwalità.
Dr Joanna Spiteri
Kap Eżekuttiv
10 ta’ Settembru 2018
-----o-----
Avviż li jrid jinqara mill-istazzjonijiet tar-radju
Xogħol fuq it-Torri tal-Għargħur
L-Awtorità tax-Xandir tixtieq tfakkar li ser isiru xogħlijiet ta’ tiswija fuq it-Torri tal-Għargħur għal nhar l-Erbgħa, 12 ta' Settembru mis-0700 sa 1300. Dan ix-xogħol isir jekk it-temp jippermetti.
Minħabba dan ix-xogħol il-qawwa tat-trazmissjoni ser tkun imnaqqsa għal raġunijiet ta’ sigurtà u għalhekk is-semmiegħa jistgħu jesperjenzaw sinjal fqir fis-settijiet tar-radju tagħhom.
L-Awtorità tax-Xandir tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent.
-----o-----