06/22 - 25 ta' Frar 2022




Ċirkulari 06/22

 

Direttiva lill-istazzjonijiet tar-Radju tal-Komunità

 

 

Direttiva tal-Awtorità tax-Xandir dwar Programmi Mxandra matul il-Perjodu

 

It-Tnejn 28 ta’ Frar sas-Sibt 26 ta’ Marzu 2022

 

 

Ai termini tal-Artiklu 15 tal-Att dwar ix-Xandir, l-Awtorità tax-Xandir tixtieq tavża lill-istazzjonijiet kollha tar-radju tal-komunità sabiex fil-perjodu ta’ bejn it-Tnejn 28 ta’ Frar 2022 u s-Sibt 26 ta’ Marzu 2022, ma jinkludu l-ebda produzzjoni, programm, jew reklam fl-iskeda tagħhom li jkollu xejra politika, anke jekk lokali, jew li jkun jista’ jiġi interpretat li qed jiffavorixxi jew li qed jagħti exposure lil xi partit politiku jew kandidat jew li jista’ raġonevolment jitqies li huwa mmirat lejn għan politiku.

 

Għaldaqstant l-Awtorità tax-Xandir qiegħda titlobkom sabiex sa mhux aktar tard minn nhar it-Tnejn 28 ta’ Frar sa nofsinhar tissottomettu;

 

  • skeda tal-programmi li mistennija xxandru fil-perjodu hawn fuq indikat 

 

  • nota ta’ konferma li l-kontenut indikat fl-iskeda mhux ser jitratta aspetti politiċi kif spjegat fl-ewwel paragrafu

 

Infakkarkom illi f’każ ta’ nuqqas, l-Awtorità tax-Xandir ma jkollhiex għażla oħra ħlief li tipproċedi fil-konfront tal-istazzjon kif stabbilit fil-Ħames Skeda tal-Att dwar ix-Xandir.

 

Dr Joanna Spiteri
Kap Eżekuttiv
25 ta’ Frar 2022

Ref : 10/62/22

3/91/7