Rilaxx: Immedjat
 Data: 10 ta’ Marzu 2022
 PR 06/22
 Xandiriet Politiċi – Elezzjoni Ġenerali 2022
 Bħala parti mill-kampanja għall-Elezzjoni Ġenerali ta’ nhar is-Sibt 26 ta’ Marzu 2022, l-Awtorità tax-Xandir ser tkompli bl-iskema ta’ xandiriet politiċi nhar is-Sibt 12 ta’ Marzu 2022 b’intervisti mal-kandidati indipendenti.
Għall-Elezzjoni Ġenerali hemm erba’ kandidati indipendenti – Noel Apap, Nazzareno Bonnici, Prof. Arnold Cassola u Jane Chircop. Dawn l-erba’ kandidati se jkunu qed jiġu intervistati dwar il-proposti tagħhom għal din l-Elezzjoni Ġenerali.
Din ix-xandira ser tkun immexxija mis-Sur Liam Carter u tixxandar fuq TVM u Radju Malta fid-20:45.