06/24 - 18 ta' Lulju 2024




Ċirkulari 06/24

Ċirkulari lill-istazzjonijiet tar-radju

 

Xogħol fuq it-Torri tal-Għargħur

 

L-Awtorità tixtieq tavża li nhar l-Erbgħa 24 ta’ Lulju 2024 sat-Tlieta 6 ta’ Awwissu (minbarra s-Sibt u l-Ħadd), ser ikun qed isir xogħol fuq it-Torri tat-Trażmissjoni tal-Għargħur, jekk it-temp jippermetti. Minħabba li se tintefa’ l-master antenna biex isir dan ix-xogħol, l-Awtorità se tkun qed taqleb it-trażmissjonijiet fuq l-antenna ta’ riserva b’qawwa ta’ trażmissjoni ridotta. U dan biex titħares is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema tagħha.

 

Ix-xogħol mistenni jibda fid-08:00 u jdum madwar 6 sigħat. Nixtiequ navżawkom li l-aħjar ikun hemm preżenti l-persuni tekniċi tagħkom fis-sit tal-Għargħur fis-07:30, sabiex isiru l-arranġamenti meħtieġa qabel ma jibda dan ix-xogħol.

 

Filwaqt li nirringrazzjawkom tal-kooperazzjoni tagħkom, nitolbukom sabiex tgħarrfu lill-produtturi u lill-preżentaturi tagħkom biex ikunu avżati b’dan u hekk jinfurmaw lis-semmiegħa tagħhom ukoll.

 

Dr Joanna Spiteri

Kap Eżekuttiv

18 ta’ Lulju 2024

Ref : 15/61

 

 

 

 

 

 

 

Circular 06/24

Circular to radio stations

 

Work on the Għargħur Transmitting Tower

 

Please be informed that on Wednesday 24th July 2024 till Tuesday 6th August 2024 (excluding Saturday and Sunday), work needs to be carried out at the Għargħur Transmitting Tower, weather permitting. Since during this work, the master antenna will be switched off, the Authority will be switching all the transmissions onto the backup antenna at a reduced transmission power. This is to safeguard the health and safety of our personnel.

Work is expected to start at 08:00 and lasts around 6 hours. We kindly ask you to have your technical personnel on standby at Għargħur at 07:30 so that the necessary changes can be applied before the work can kick off.

 

While thanking you for your cooperation, please inform your producers and presenters who will be notifying their listeners accordingly.

 

Dr Joanna Spiteri

Chief Executive

18th of July 2024

Ref : 15/61