0710 - 06 Jul 2010




Ċirkulari 7/10

Ċirkulari lill-Istazzjonijiet Kollha tax-Xandir

Prezzijiet ta’ Telefonati u SMS’s fuq il-Mezzi tax-Xandir

Niġbdilkom l-attenzjoni għall-Ħtiġijiet li jirregolaw il-prezzijiet tat-telefonati u SMS’s fuq il-mezzi tax-xandir. Kull stazzjon tat-televiżjoni u r-radju (nkluż ir-radjijiet tal-komunità) għandu l-obbligu li jinforma lit-telespettaturi u semmiegħa bil-prezzijiet tat-telefonati u sms’s.

Filwaqt li fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni dawn il-prezzijiet jidhru fuq l-iscreens, ħafna drabi qed jiġri li fuq l-istazzjonijiet tar-radju dawn il-prezzijiet ma jiġux komunikati b’mod regolari. Għalhekk, l-għan ta’ din iċ-ċirkulari huwa biex jiċċara proprju dan il-punt. Ix-xandara fuq ir-radju għandhom jaraw li jikkomunikaw il-prezzijiet tat-telefonati u l-sms’s kull darba li jsemmu n-numri li fuqhom is-semmiegħa jistgħu jċemplu jew jibagħtu sms. Jekk dan ma jsirx, allura l-istazzjon ikun qed jonqos mill-obbligu tiegħu hekk kif elenkat fil-Leġislazzjoni Sussidjarja 250.27 (Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika dwar il-Prezz ta’ Telefonati u SMS’s fil-Mezzi tax-Xandir).

Intom mitluba taderixxu ma’ dawn il-Ħtiġijiet biex ma jkunx hemm il-ħtieġa li tinħareġ akkuża kontra l-istazzjon tagħkom.


Pierre Cassar
Kap Eżekuttiv
6 ta’ Lulju 2010
Ref 32/07