07/13 - 16 Jan 2013




Ċirkulari 07/13

Kjarifika ta’ Artiklu 3(3)(iii) tad-Direttiva maħruġa mill-Awtorità tax-Xandir dwar l-Elezzjonijiet tad-9 ta’Marzu, 2013

B’referenza għall-Paragrafu 3(3)(iii) tad-Direttiva maħruġa mill-Awtorità tax-Xandir dwar il-parteċipazzjoni ta’ persuni fuq il-mezzi tax-xandir li jkunu beħsiebhom iressqu l-kandidatura tagħhom għall-Elezzjoni Ġenerali kif ukoll għall-Elezzjoni tal-Kunsilli Lokali tad-9 ta’ Marzu 2013, l-Awtorità ħasset il-ħtieġa li għandha tiċċara li l-iskop ewlieni ta’ dan l-artiklu huwa li tevita sitwazzjonijiet fejn kandidati jingħataw prominenza żejda meta ma jkunx hemm valur ta’ aħbar jew raġuni oħra li tiġġustifika l-preżenza tagħhom fuq il-mezzi tax-xandir.

Għalhekk b’seħħ immedjat is-segwenti huma eżenti milli jitqiesu bħala ksur ta’ Artiklu 3(3)(iii) tad-Direttiva:

(i) Coverage fl-aħbarijiet dment li jkun hemm valur t’aħbar. Dan jinkludi wkoll voice clips/intervisti waqt l-istess updates/bulettini;

(ii) Parteċipazzjoni bħala mistiedna fi programmi ta’ ġrajjiet kurrenti/diskussjoni;

(iii) Parteċipazzjoni fil-produzzjonijiet tal-partiti politiċi; u

(iv) Parteċipazzjoni fil-programmi mtellgħa mill-Awtorità tax-Xandir fl-iskema tal-programmi b’rabta mal-elezzjonijiet tad-9 ta’ Marzu 2013

L-Awtorità tirritjeni li tirriserva d-dritt li tieħu dawk il-passi xierqa meta jirrizultalha prima facie li intervista/feature jew kummentarju ma’ jew minn kandidati prospettivi jittellgħu biss għal skopijiet ta’ prominenza u ma jaqgħux fl-ambitu tal-punti elenkati hawn fuq.

Pierre Cassar
Kap Eżekuttiv
16 ta’ Jannar, 2013
Ref: 10/62/110