Ċirkulari 7/18
Lill-Istazzjonijiet tax-Xandir
Leġislazzjoni Sussidjarja 350.15
Wara li l-Awtorità matul dawn l-aħħar xhur organizzat laqgħat ta’ taħriġ mal-istazzjonijiet, permezz ta’ din iċ-ċirkulari, qed terġa’ tiġbed l-attenzjoni tal-istazzjonijiet kollha biex tfakkar lix-xandara u lill-produtturi biex jaderixxu mal-Leġislazzjoni Sussidjarja 350.15 bl-għan li jiġu salvagwardjati n-nies bla ħarsien xieraq kif titlob din il-leġislazzjoni imsemmija. Il-protezzjoni tal-minuri u ta’ nies bla ħarsien xieraq hija importanti li tkun mħarsa u dan għandu jiġi rifless fil-preżentazzjoni u/jew fir-rappurtaġġ tagħhom.
L-istazzjonijiet għandhom jaraw li din il-leġislazzjoni tiġi osservata u kull provvediment għandu jitħares bi prudenza u b’ġudizzju meqjus mill-produtturi u x-xandara.
Nieħu l-opportunità biex ma’ din iċ-ċirkolari nibgħat il-link bid-deċiżjonijiet kollha li ttieħdu mill-Awtorità tax-Xandir matul l-2018 għall-attenzjoni tagħkom.
http://ba-malta.org/badecisions_byyear
Dr Joanna Spiteri
Kap Eżekuttiv
7 ta’ Diċembru 2018
Ref 51/04