Ċirkulari 07/24
Ċirkulari lill-istazzjonijiet tar-radju
Xogħol fuq it-Torri tal-Għargħur
L-Awtorità qed tinfurmakom li għada l-Ġimgħa 2 ta’ Awwissu 2024, ix-xogħlijiet fuq it-torri tal-Għargħur se jitwalu sas-6.00pm. Għalhekk l-arranġament li hemm skont ċirkulari 06/24, se jiġi estiż għal erba’ sigħat oħra, jiġifieri mis-2pm sas-6pm. Għaldaqstant it-tekniċi tagħkom għandhom ikunu fuq is-sit tal-Għargħur fis-7.30am, bħas-soltu u filgħaxija jkunu fuq is-sit fil-5.30pm, biex isiru l-arranġamenti meħtieġa.
Nifhmu li dan hu ħin pjuttost twil iżda ċerti ċirkustanzi ma jistgħux jiġu evitati.
Filwaqt li nirringrazzjawkom tal-kooperazzjoni tagħkom, niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent.
Dr Joanna Spiteri 1 ta’ Awwissu, 2024
Kap Eżekuttiv Ref : 15/61